Inter v Roma: Inter irreġistraw rebħa kbira ta’ 5-2 fuq Roma ġewwa darhom f’San Siro, bil-ħames goals għan-Nerazzurri jaslu minn doppjetta personali ta’ Lautaro Martinez (1, 52) li kien qed jirritorna minn injury, Hakan Calhanoglu (47), Marcus Thuram (55) u Nicolo Barella (63).
Dan sabiex iż-żewġ goals għall-Giallorossi waslu minn Ginaluca Mancini (40) li kien ġab l-iskor indaqs momentarjament u Lorenzo Pellegrini (70).
Cremonese v Bologna: Bologna barra minn darhom għelbu lil Cremonese bl-iskor ta’ 2-1, biż-żewġ goals għalihom jaslu kmieni fil-partita minn Joao Mario (3) u Jonathan Rowe (16).
Intant, Federico Bonazzoli (91) naqqas il-marġni tal-iskor fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima għal Cremonese minn penalty.
Ta’ nota huwa l-fatt li Cremonese spiċċaw il-partita jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa għalihom Youssef Maleh (94) permezz ta’ karta ħamra diretta.
Dan sabiex żewġ minuti biss wara, Bologna wkoll spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa għalihom Lewis Ferguson (96), din id-darba wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita.
Pisa v Torino: Torino barra minn darhom kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Pisa, bil-goal uniku għalihom jasal minn Che Adams (80).

