Real Madrid, li tmiem il-ġimgħa li għadda ma lagħbux fil-kampjonat minħabba li ġew inkurunati champions tad-dinja meta fil-finali għelbu lil Al-Hilal bl-iskor ta’ 5-3, l-Erbgħa għelbu lil Elche bl-iskor ta’ 4-0.
B’din ir-rebħa, Real naqqsu d-distakk għal tmien punti fil-konfront tal-leaders Barcelona.
Il-protagonista kien Karim Benzema (31, 45) li skorja doppjetta biż-żewġ goals jaslu mill-11-il metru.
Dan wara li l-Madrileni fetħu l-iskor minn Marco Asensio (8) filwaqt li Luka Modric (80) għaqqad il-poker għat-team immexxi mill-coach Carlo Ancelotti.