Il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija jirbaħ l-appell biex jiġu kkonservati t-terraced houses fi Triq il-Ġibjun
Il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija rebaħ l-appell tiegħu sabiex jiġu kkonservati t-terraced houces fi Triq il-Ġibjun.
Is-Sindku Laburista ta’ Santa Luċija Charmaine St John fissret dan bħala “rebħa kbira għar-residenti ta’ Santa Luċija” biex tiġi kkonservata s-sbuħija ta’ din il-lokalità.
“Dan sar wara d-deċiżjoni li ħadna bħala Kunsill li nibqgħu għaddejjin b’din il-battalja legali,” tenniet is-Sindku ta’ Santa Luċija.
L-Avukat Dr Edward Zammit Lewis assista lill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija.

