Pietá H………………..1
Birkirkara…………….5
Birkirkara umiljaw lil Pietá Hotspurs meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 5-1.
Huma fetħu l-iskor fit-38 minuta meta minn freekick insidjuż ta’ Paul Mbong, Osvaldo Iorio tefa’ l-ballun lura u SIMON ZIBO b’xutt tassew b’saħħtu tefa’ ġewwa.
Ħames minuti biss wara, l-istripes irduppjaw l-iskor meta Alex Da Paixao Alves għadda tajjeb lejn ENZO CABRERA li minn pożiżzjoni ideali tefa’ l-ballun wara Alampasu .
Fit-tieni taqsima kompla d-dominju assolut ta’ Birkirkara u fit-62 minuta skorjaw it-tielet goal meta NEMANJA RADOJEVIC minn freekick dirett u permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fix-xibka.
Fis-70 minuta kompliet ix-xalata ta’ goals għall-Istripes meta Alex Da Paixao Alves serva fuq platt tal-fidda lil ENZO CABRERA li għalkemm issikkat minn difensur avversarju, tefa’ ġewwa.
Pietá naqqsu l-marġni tal-iskor fis-77 minuta meta Yuto Morita kellu xutt salvat parzjalment minn Amara Sylla, bil-ballun jasal għand TERENCE AGIUS li mill-viċin tefa’ l-ballun fix-xibka.
Birkirkara ssiġillaw ir-rebħa permezz tal-ħames goal fit-88 minuta meta ALEX DA PAIXAO ALVES għeleb lil Almapasu b’xutt għar-rokna tax-xibka.
Pietá H.: 12-Dele Sunday Alampasu, 2-Samuel Okoh, 3-Clinton Bangura, 5-Abraham Temitope ( K.Catania 58), 6-Daniel Zerafa (17-Kurt Briffa 75), 7-Jake Ghio, 9-Abedel Latif Amadu (19-Yuto Morita 46), 10-Paul Lapira (95-Kian Leonardi 58), 11-Alan David Schembri Wismayer (8-Terence Aguis 58), 22-Zean Leonardi, 99-Takuma Yamaguchi Coach: Rodney Bugeja
Birkirkara: 19-Amara Sylla, 2-Osvaldo Iorio (6-Diego Pires 72), 7-Alex Da Paixao Alves, 8-Yannick Yankam (25-Neil Micallef 65), 10-Paul Mbong (23-Jean Paul Farrugia 65), 11-Kurt Zammit, 17-Nemanja Radojevic, 22-Cain Attard, 30-Enzo Daniel Cabrera (15-Matteo Gambin 81), 42-Simon Zibo, 77-Denis Custodio Ribeiro (3-Mathias Conti 81) Coach: Giovanni Tedesco
Referee: Etienne Mangion
Ass. Referees: Mitchell Scerri, James Muscat
Raba’ Uffiċjal: Matthew De Gabriele
Skorers: S. Zibo 38, E. Cabrera 43, 70, N. Radojevic 62, A. Da Paixao Alves 88 (B), T. Agius 77 (P)
Ammoniti: D. S. Alampasu, J. Ghio (P), P. Mbong (B)
Player tal-Logħba: Alex Da Paixao Alves (B)