Sunday, November 17, 2024

Rebħa komda għal Birkirkara fuq Gudja United

Aqra wkoll

Birkirkara……………3

Gudja U………………..1

Birkirkara kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Gudja United bl-iskor ta’ 3-1.

Huma fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li fl-14-il minuta meta Denis Ribeiro xeħet cross mix-xellug bil-goalkeeper ta’ Gudja Glenn zammit jimblokka parzjalment, biex mir-rebound OSVALDO IORIO permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Gudja, Glenn Zammit, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.

L-Istripes komplew fuq l-offensiva u fl-40 minuta l-istess Iorio minn pożizzjoni ideali kellu x-xutt tiegħu li ntemm ftit barra.

Dan kien il-preludju għat-tieni goal tagħhom żewġ minuti biss wara meta ENZO DANIEL CABRERA b’daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa.

U jidher li l-Istripes ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk fil-ftuħ tat-tieni taqsima ħarġu ferm aggressivi u fis-47 minuta skorjaw it-tielet goal, meta l-ballun wasal għand OSVALDO IORIO li minn taħt il-lasta tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

Gudja United naqqsu l-marġni tal-iskor fit-82 minuta meta wara li approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża ta’ Birkirkara, TATSURO NAGAMATSU, mill-viċin tefa’ ġewwa.

Birkirkara: 19-Amara Sylla, 2-Osvaldo Iorio (24-Nathan Cross 91), 6-Diego Pires Dall’Oca (20-Matteo Fedele 77), 7-Alex Da Paixao Alves (99-Andrei Ciolacu 67), 10-Paul Mbong (9-Jed Valletta 77), 11-Kurt Zammit, 22-Cain Attard, 30-Enzo Daniel Cabrera, 42-Simon Zibo, 72-Alessandro Coppola, 77-Denis Custodio Ribeiro (15-Matteo Gambin 91) Coach: Giovanni Tedesco

Gudja U.: 1-Glenn Zammit, 5-Andre Prates, 8-Tatsuro Nagamatsu, 9-Vito Plut, 13-James Arthur, 14-Neil Anthony Micallef, 17-Karl Micallef, 22-Hubert Vella (4-Joseph Attard 76), 30-Matias Muchardi, 77-Nicolas Navarrete (11-Shaisen Attard 68), 88-Farid Romero Zuniga Coach: Andrea Agostinelli

Referee: Philip Farrugia

Ass. Referees: Duncan Sultana, Edward Spiteri

Raba’ Uffiċjal: Daniel Casha

Skorers: O. Iorio 14, 47, E. D. Cabrera 42 (B), T. Nagamatsu 82 (G)

Ammoniti: F. Romero Zuniga, H. Vella, N. Anthony Micallef, J. Ramires Bolanos (G), D. Pires Dall’Oca, E. D Cabrera (B)

Player tal-Logħba: Osvaldo Iorio (B)

Ekonomija

Sport