Hamrun Spartans …..3
Gudja United …………0
Hamrun Spartans komplew jikkonvinċu bis-sħiħ u juru s-saħħa tagħhom meta mingħajr tbatija għelbu lil Gudja United bl-iskor konvinċenti ta’ 3-0.
Din kienet it-tielet rebħa konsekuttiva filwaqt li Gudja għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa.
L-Ispartans kienu ferm organizzati minn kull lat u qatt ma taw ċans lil Gudja jidħlu fil-logħba, għalkemm dawn tal-aħħar kellhom il-waqtiet pożittivi tagħhom.
Hamrun għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fid-disa’ minuta, wara li rċieva minn cross mil-lemin ta’ Seth Painstil, Luke Montebello kellu x-xutt mill-viċin imdawwar f’corner bi mill-goalkeeper Yaren Sozer.
Huma komplew fuq l-offensiva u tliet minuti wara Uros Djuranovic mil-lemin serva lil Seth Peietsil li kellu x-xutt fil-baxx jaħbat ma’ sieq il-wieqfa qabel ġie salvat minn Sozer.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Ispartans u fit-18-il minuta fetħu l-iskor meta Roko Prsa għadda tajjeb lejn SETH PAINTSIL fil-kaxxa li jegħleb lil Sozer permezz ta’ xutt fil-baxx.
Fit-33 minuta Luke Montebello kellu xutt imblukkat f’corner minn Sozer.
Erba’ minuti wara, huma rduppjaw l-iskor meta Duranovic żmarka lil LUKE MONTEBELLO fuq ix-xellug li b’xutt djagonali xeħet fix-xibka.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hamrun, komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fil-55 minuta ssiġillaw ir-rebħa meta LUKE MONTEBELLO niżżel il-ballun b’sidru, qabel għeleb lil Sozer permezz ta’ xutt mill-isbaħ, biex bħalma għamel fil-konfront preċedenti kontra Naxxar Lions, irreġistra doppjetta personali.
Fil-81 minuta, huma kellhom f’saqajhom il-ballun tar-raba’ goal meta s-sostitut Yuliyan Nenov temm azzjoni tajba permezz ta’ konklużjoni li ntemmet ftit għoli.
Fil-ħin miżjud Elionay Freitas Da Silva tilef ċans tad-deheb li jiskorja r-raba’ goal għall-Ispartans meta d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin intemmet barra.
HAMRUN S. : 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 7-Luke Montebello (98-Jonny 64), 10-Joseph Mbong (25-Ederson Bruno Domingos 64), 12-Roko Prsa (42-Nemanja Krstic 78), 14-Elionay Freitas Da Silva, 23-Uros Duranovic, 27-Ognjen Bjelicic, 30-Seth Painstil, 91-Emerson Marcelina (17-Yulyan Nenov 79), 94-Ryan Camenzuli – Coach: Luciano Zauri
GUDJA U.: 1-Yaren Sozer, 5-Armando Brenner, 7-Gianluca Lorenzoni (17-Gabriel Mensah 70), 10-Shaisen Attard (19-Matthias Conti 69), 11-Matias Muchardi (24-Walter Omar Serrano 46), 13-James Arthur (28-Matteo Cassini 79), 22-Ricardo Eusebio Mango, 30-Karl Miacllef, 39-Zak Grech, 77-Abou Toure (99-Gianluca Zammit 85), 88-Mirko Esposito – Coach: Jesmond Zammit
REFEREE: Philip Farrugia
ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, David Castillo
RABA’ UFF: Fyodor Zammit
SKORERS: S. Paintsil 17, L. Montebello 37, 55 (HS)
AMMONITI: A. Brenner, J. Arthur, A. Toure (GU)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Luke Montebello (HS)