Manchester City telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Premier League Ingliż b’rebħa komda ta’ 3-0 għand Wolves.
Huma ma setgħux kellhom bidu aħjar meta wara biss minuta huma fetħu l-iskor Jack Grelish li kkonkluda mill-cross ta’ Kevin De Bryune.
Imbagħad, fis-16-il minuta, Erling Haaland irdoppja b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa.
Fit-33 minuta, Wolves spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta Nathan Collins ikkometta foul ikrah fuq Grealish b’azzjoni ta’ “kung-fu” fl-istonku.
Fit-tieni taqsima, is-Citizens ikkontrollaw il-logħba meta qatt ma dehru f’xi periklu li setgħu jitilfu l-punti.
Fis-69 minuta, it-team imexxi mill-coach Pep Guardiola, issiġilla r-rebħa meta minn azzjoni ta’ Haaland, Kevin De Bruyne xeħet cross fejn kien hemm Phil Foden li kompla l-ballun għal ġewwa.