Saturday, November 23, 2024

Rebħa meritata għal Balzan fuq Sta Lucia

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sta Lucia ……….0

Balzan ………….0

Balzan kisbu rebħa me­ritata ta’ 2-0 kontra Santa Lucia f’partita li huma ddominaw għal ħinijiet twal u ftit li xejn taw ċans lil Santa Lucia jiddettaw il-logħob tagħhom.

Balzan irnexxielhom jiftħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fl-14-il minuta meta Jurgen Pisani għadda lejn Miguel Angel Alba, iżda pront kien Milan Duric u interċetta l-ballun qabel għadda lejn MATHEUS DE SOUSA li permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fix-xibka.

Fil-25 minuta huma rduppjaw meta Angel Torres għadda tajjeb lejn UROS LJUBOMIRAC li mill-viċin ma żbaljax.

Il-Balzanin komplew jiddominaw b’Torres ikun l-aħjar fost sħabu u man-nofs siegħa logħob huwa resaq viċin meta minn tarf il-kaxxa venven kanunata li ġiet imdawra f’corner mill-goalkeeper, Dylan Ciappara, li kien megħjun mill-wieqfa.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Balzan komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u wara biss ftit sekondi, il-Kolumbjan Angel Torres kellu xutt insidjuż minn tarf il-kaxxa li għadda ftit barra.

Fit-52 minuta reġgħu kienu Balzan li ħolqu l-periklu meta l-istess Torres kellu free-kick sabiħ jiġi salvat minn mal-art minn Dylan Ciappara.

Santa Lucia wieġbu għall- ewwel darba mill-az­zjoni li segwiet meta Miguel Angel Alba kellu x-xutt angolat salvat f’corner b’ċerta abbiltá mill-goalkeeper Jonathan Debono.

Huma komplew jippressaw fit-tentattiv li jnaq­qsu l-marġni tal-iskor u fit-68 minuta Francisco Rodrigues fajjar xutt mid-distanza li iżda ntemm ftit għoli.

Balzan wieġbu fil-75 minuta permezz ta’ żewġ xuttijiet minn pożizzjoni ideali ta’ Milan Duric li ġew salvati tajjeb minn Ciappara.

STA LUCIA: 12-Dylan Ciappara, 5-Sebastian Thomas Rier, 8-Robert Bairam, 9-Davidy Ayrton Valpoort Meghon, 10-Liam Ayad Blie Bi Bah (13-Diego Francarolli 80), 14-Dexter Xuereb (30-Brady Agius 74), 17-Jurgen Pisani, 19-Reon Saito (24-Erick Moreno 56), 20-Francisco Rodrigies Farias, 22-Jamie Zerafa (21-Jamie Cardona 80), 27-Miguel Angel Alba  – Coach: Pablo Cortes Sanchez

BALZAN: 83-Jonathan Debono, 2-Ivan Bozovic, 6-Marcus Grima, 7-Milan Duric (98-Aidan Jake Friggieri 78), 8-Paul Fenech (24-Nikola Braunovic 83), 10-Angel Torres, 11-Benjamin Hili (5-Samir Arab 83), 18-Uros Ljubomirac, 19-Milos Zlatkovic, 27-Momcilo Raso, 33-Matheus de Sousa (86-Bojan Kaljevic 62)   – Coach: Oliver Spiteri

REFEREE: Glen Tonna

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Thomas Debono

RABA’ UFF: Stefan Pace

SKORERS: M. De Sousa 14, U. Ljubomirac 25 (B) 

AMMONITI: A. Torres, J. Zerafa, B. Kaljevic, S. Arab (B), J. Pisani (SL)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Angel Torres (B)

Sport