Sunday, December 22, 2024

Rebħa meritata għal Sliema Wanderers fuq Mosta

Aqra wkoll

Sliema Wanderers ..2

Mosta …………………0

Minn Cristian Muscat

Sliema Wanderers bdew l-istaġun fuq nota pożittiva meta b’mod meritat għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima. 

Kienu Sliema li ħolqu l-ewwel periklu fis-seba’ mi­nuta meta wara li rċieva mingħand Steve Pisani, Vito Plut, b’xi mod evita d-daħla ta’ Jake Vassallo qabel minn qagħda ideali tefa’ ftit għoli. 

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-23 minuta, Pisani kellu xutt insidjuż mid-distanza li ġie mdawwar f’corner b’mod stupend mill-goalkeeper ta’ Mosta, David Akpan.

Il-Wanderers komplew ju­ru l-aħjar logħob u man-nofs siegħa Geoffrey Acheampong, kellu l-konklużjoni tiegħu li ntemmet ftit għoli.

Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Sliema kel­lhom lil Geoffrey Acheampong imkeċċi wara li ntwera t-tieni karta safra.

Madankollu, fit-53 minuta, huma fetħu l-iskor meta Jonata Bastos De Oliveira xeħet cross fid-direzzjoni ta’ VITO PLUT li kien pront u antiċipa lil Sasha Cachia u tefa’ l-ballun fis-saqaf tax-xib­ka.

Fit-88 minuta,  kien imiss lil Mosta li jispiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa l-goalkeeper Akpan wara li wettaq foul barra l-kaxxa fuq Neil Frendo.

Il-Wanderers issiġillaw ir- rebħa fis-seba’ minuta tal-ħin miżjud permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ SERGIO FILIPE RAMOS DA SILVA wara li rċieva minn pass intelliġenti ta’ Samuel Gomes Da Mata barra l-kaxxa biex il-Wanderers ħadu l-ewwel tliet punti tal-istaġun.

SLIEMA W.: 12-Kelvin Agu Emeka, 5-Neil Frendo, 7-Adam Magri Overend (22-Cain Attard 72), 9-Vito Plut (10-Samuel Gomes Da Mata 72), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 31-Henrique Murilo, 33-Geoffrey Acheampong, 42-Simon Zibo, 70-Steve Pisani, 97-Jonata Bastos De Oliveira (18-Sergio Filipe Ramos Da Silva 82)   – Coach: Paul Zammit

MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 3-Thomas Shedrack Tegwi (11-Jerry Ayi Alex 64), 5-Sasha Cachia (19-Julius Babatola 64), 7-Richard Luca Rosa Da Silva Sousa, 13-Clayton Failla (29-Stephen Chiemezie 79), 21-Nathan Agius (1-Sean Mintoff 90), 31-Joao Victor De Souza Teixiera, 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat, 94-Cristian Fabricio Gomes Machedo, 96-Leonardo Fernandes Joaquim Da Silva   – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORERS: V. Plut 53, S. F. Ramos Da Silva 97 (SW)

AMMONITI: G.Achempong, H. Murilo (SW), Z. Brincat, J. V. De Souza Teixieira (M)

TKEĊĊEW: G.  Achempong 47 (SW), D. U. Akpan 88 (M)

Ekonomija

Sport