Wednesday, December 25, 2024

Rebħa mill-aktar importanti għal Sta Lucia

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Balzan …….…0

Sta Lucia …….3

Sta Lucia kisbu rebħa kruċjali fuq Balzan bl-iskor ta’ 3-1 biex partu posthom mill-post ta’ qabel l-aħħar mal-is­tess Balzanin.

Din il-partita kienet qed titqies bħala “finali” minħabba li r-rebbieħ kien jitbiegħed miż-żona l-ħamra filwaqt li t-tellief kien jinżel f’dik tar-relegazzjoni u l-fatt li fa­dal erba’ partiti għat-tmiem kull punt huwa importanti.

Kienu Balzan li ħolqu l-ewwel periklu fid-disa’ minuta meta xutt fil-baxx ta’ Paul Fenech minn barra l-kaxxa għadda ftit barra.

Huma komplew fuq l-offensiva u fit-22 minuta Bojan Kaljevic għadda tajjeb lejn Augustine Loof li kellu x-xutt mill-viċin tiegħu jiġi mblukkat mill-goalkeeper tal-Luċjani, Justin Haber.

Il-partita kompliet b’ritmu kajman ikkaratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground biż-żewġ timijiet donnhom bdew jibżgħu ikunu avventu­rużi.

Iżda man-nofs siegħa lo­għob kienu Santa Lucia li fetħu l-iskor meta wara taħwida fil-kaxxa, il-ballun b’xi mod spiċċa għand ANDRE PRATES li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Huma komplew jippressaw u fit-38 minuta, Dexter Xuereb kellu xutt b’saħħtu minn pożizzjoni ideali li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Vukasin Vranes.

Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Luċjani rduppjaw meta xutt bix-xellug ta’ GIANMARCO CONTI minn barra l-kaxxa ħabat ma’ di­fensur ta’ Balzan u qarraq għal kollox bi Vranes.

Huma komplew jammi­nistraw il-logħob u fl-64 minuta, daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Vito Plut irriżultat bħala waħda ċentrali u ġiet salvata mingħajr wisq diffikultá minn Vukasin Vranes.

Fis-76 minuta, huma ssiġillaw ir-rebħa meta VITO PLUT avvanza tajjeb fil-kaxxa u b’xamma kbira għall-goal għeleb lil Vranes. 

Żewġ minuti wara, Alan Da Silva Souza kellu x-xutt li stampa ma’ sieq il-lasta.

BALZAN: 83-Vukasin Vranes (1-Rudy Briffa 73), 3-Augustine Loof (7-Milan Duric 46), 8-Paul Fenech (20-Suleiman Jalu 73), 15-Michael Johnson, 18-Uros Ljubomirac (44-Adam Bradshaw 88), 19-Milos Zlatkovic (6-Marcus Grima 88), 21-Neil Frendo, 22-Gary Camilleri, 23-Milos Mijic, 77-Aleksa Andrejic, 86-Bojan Kaljevic   – Coach: Paul Zammit

STA LUCIA: 16-Justin Haber, 4-Andre Prates, 5-Jurgen Pisani (24Liam McKay 90)-, 6-Nicholas Pulis (88-Emerson Camilleri 90), 7-Gianmarco Conti, 9-Vito Plut (10-Alan Da Silva Souza 82), 11-Davide Ayrton Valpoort Meghon (14-Jan Tanti 77), 17-Victor Luiz Prestes Filho, 22-Jamie Zerafa (98-Kieran Xuereb 82), 23-Dexter Xuereb, 29-Yoel Lorenzo Soares Finseca   – Coach: Giovanni Tedesco

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Roberto Vella, James Muscat

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORERS: A. Prates 30, G. Conti 49, V. Plut 76 (SL)

AMMONITI: A. Loof, M. Zlatkovic, N. Frendo, M. Duric (B), D. Xuereb, D. A. Valpoort Meghon (SL)

Ekonomija

Sport