Balzan……………..1
Gzira U…………….0
Kellu jkun goal ta’ Leonardo Da Silva Souza fil-55 minuta li ta rebħa minima u tliet punti prezzjużi lil Balzan bl-iskor minimu ta’ 1-0 fuq Gzira United. B’hekk wara t-telfa minima ta’ 1-0 għal Balzan kontra Hamrun Spartans fl-ewwel ġurnata, din kienet l-ewwel rebħa għalihom matul dan l-istaġun, waqt li wara t-telfa kbira ta’ 4-0 kontra Hibernians, din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għall-Maroons.
Kienet partita kollox ma’ kollox bilanċjata, bir-riżultat li seta’ jmur kull naħa, iżda Balzan għarfu jagħmlu l-aktar ħaġa importanti, jiġifieri jsibu x-xibka.
Wara biss ftit sekondi Gżira fuq l-attakk fejn il-Brażiljan Lucas Macula għadda tajjeb lejn Thaylor Aldama li kellu x-xutt tiegħu salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Balzan, Danilo Golovic.
Balzan wettqu reazzjoni tajba u fl-14-il minuta, il-konklużjoni ta’ Olawale Ukeme ġiet salvata bla wisq problemi minn David Cassar bejn il-lasti ta’ Gzira.
Fit-22 minuta, wara li rċieva minn cross tajjeb ta’ Marcelo Dias, Thaylor Aldama għal Gzira minn quddiem Golovic xeħet inkreddibilment barra.
Seba minuti wara, minn azzjoni ta’ corner, il-Kolumbjan Farid Romero Zuniga dejjem għall-Maroons falla l-mira bi ftit.
Sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, ċans tad-deheb għat-tim immexxi minn Darren Abdilla biex imorru fil-vantaġġ meta huma rebħu penalty għall foul tal-goalkeeper Golovic fuq Lucas, iżda Golovic bi bravura liema bħalha, salva l-konklużjoni mill-11 il-metru tal-istess player.
Wara l-mistrieħ Gzira komplew jippressaw u fit-53 minuta, Andrew Borg għadda tajjeb lejn Thaylor Aldama, bix-xutt tiegħu jiġi mdawwar f’corner bi bravura minn Golovic.
Iżda kienu Balzan li skorjaw il-goal tar-rebħa fil-55 minuta meta f’kontrattakk veloċi, LEONARDO DA SILVA SOUZA, għeleb lill-goalkeeper ta’ Gzira, David Cassar.
Gzira tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs proprju fid-90 minuta meta Jose Wilkson Teixeira kellu x-xutt tiegħu li stampa mal-wieqfa, b’Balzan jeħilsuha ħafif.
Balzan: 99-Danilo Golovic, 2-Ivan Bozovic (23-Nikola Zerjal 79), 4-Andre Prates, 5-Samir Arab, 8-Paul Fenech (6-Marcus Grima 65), 10-Jake Grech, 18-Ryohei Michibuchi, 21-Aleksandar Katanic (7-Triston Caruana 73), 24-Nikola Braunovic (42-Leonardo Souza 46), 27-Momcilo Raso, 80-Peter Olawale (77-Aleksa Andrejic 46) Coach: Oliver Spiteri
Gzira U.: 1-David Cassar, 2-Carlos Filho (74-Jose Wilkson Teixeira 65), 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Andrew Borg, 6-Bilario Azizi, 7-Thaylor Aldama, 9-Marcelo Dias, 11-Lucas Macula, 19-Adama Sane (66 Thiaguinho), 20-Romero Zuniga (21-Ryan Essaka 86), 47-Brooklyn Borg (23-Ewertton 75) Coach: Darren Abdilla
Referee: Andrea Sciriha
Ass. Referees: Alan Camilleri, Vasil Vasilev
Raba’ Uffiċjal: Philip Farrugia
Skorers: L. Da Silva Souza 55 (B)
Ammoniti: N. Braunovic, R. Michibuchi, L. Souza (B), G. Bohrer Mentz, Thiaguinho (G)