Belġju………………1
Kanada…………….0
F’partita li ftit li xejn ipproduċiet azzjonijiet perikolużi, il-Belġju kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq il-Kanada. Il-Belġju kienu l-aħjar team tul ħinijiet twal fil-partita, madankollu ta’ min ifaħħar il-wirja tal-Kanada li offrew oppożizzjoni mill-aqwa lill-Belġjani, fejn saħansitra fallew penalty kmieni fl-ewwwl taqsima.
Kien proprju fil-11-il minuta, meta huma rebħu penalty meta difensur Belġjan miss il-ballun b’idu fil-kaxxa. Iżda mill-11-il metru nkariga ruħu l-attakkant ta’ Bayern Munich, Alphonso Davies li ra lill-goalkeeper ta’ Real Madrid, Thibaut Courtois isalva bi bravura minn mal-art.
Il-Belġju fetħu l-iskor fl-44 minuta permezz ta’ MICHY BATSHUAYI, li għalkemm issikkat minn żewġ difensuri Kanadiżi, b’xamma kbira għall-goal mill-viċin tefa’ ġewwa.
Fit-tieni taqisma il-Kanada bdew jagħmlu minn kollox biex iġibu l-iskor indaqs u fis-67 minuta, Alistair Johnston għadda tajjeb lejn Richie Laryea li kellu xutt minn tarf il-kaxxa li għadda ftit barra.
Huma komplew fuq l-offensiva u fit-78 minuta, daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Alistair Johnston ġiet salvata tajjeb minn Courtois.
Il-Belġju komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.
BELĠJU: Thibaut Courtois, Jan Verthongen, Toby Alderweild, Leander Dendoncker, Yannick Carrasco (Thomas Meunier 46), Axel Witsel, Kevin De Bruyne, Timothy Castagne, Eden Hazard (Leandro Trossard 62), Michy Batshuayi (Lois Openda 78), Youri Tielemnas (Amadou Onana 46) Coach: Roberto Martinez
KANADA: Milan Borjan, Kamal Miller, Steven Vitoria, Alistair Johnston, Richie Laryea (Sam Adekugbe 74), Stephen Eustaquio (Jonathan Osorio 81), Atiba Hutchinson (Ismael Kone 58), Junior Hoilett (Cyle Larin 58), Alphonso Davies, Jonathan David, Tajon Buchanan (Liam Millar 81) Coach: John Herdman
Referee: Janny Sikazwe (Zambia)
Assistenti: Jerson dos Santos (Angola), Arsenio Marengule (Mozambique)
Ammoniti: Y. Carrasco, T. Meunier, A. Onana (B), A. Davies, A. Johnston (K)