Il-Royal Malta Yacht Club ospitat t-tieni tellieqa kompettiva tal-istaġun 2025 nhar is-Sibt filgħaxija, meta saret it-Thomas Smith Triple Handed Night Race.
It-tellieqa bdiet b’kundizzjonijiet ta’riħ ħafif, b’imbatt mill-lvant li tat ħjiel tajjeb għall-kundizzjonijiet li l-flotta kienet ser tesperjenza matul il-lejl. Hekk kif il-flotta resqet lejn il-fish farms barra minn San Pawl il-Baħar, il-flotta kellha tagħmel diversi manuvri f’ kundizzjonijiet ta’ riħ impprevedibbli, u f’dlam totali.
Vivace, ta’ Andrew Agius Delicata, Matthew Gabriele, u Daniel Amato, ħadet postha fuq quddiem fil bidu tat-tellieqa u f’diversi mumenti tat-tellieqa Vivace żdiedet id-distakk tagħha fuq il-kumplament tal-flotta.

Madankollu, nuqqas ta’ riħ fil-port waqaf il-progress tagħhom għal xi siegħa u nofs, u minkejja li Vivace kienet l-ewwel jott li spiċċat it-tellieqa, wara l-aġġustamenti fuq ħin korret, huma ħadu t-tielet post, ftit inqas minn żewġ minuti wara Lartista (Anton Calleja / Renato Camilleri / Jacob Azzopardi), li kellu jirrkupera minn bidu li ma kienx daqstant tajjeb.
Minkejja dan l-ostakolu, Lartista għamel progress tajjeb biex spiċċaw fit-tieni post. Filwaqt li l-ekwipaġġ ta’ Juniper (Brian Flahive, Aaron Gatt Floridia, u André Marinho) – li ukoll kellha ħrug tajjeb mill-port ta’ Marsamxett – għamel progress tajjeb meta baqaw viċin tal-kosta. Mal wasla tagħhom f’San Pawl il-Baħar, huma ltaqgħu ma’ sfida diffiċli sakemm marru lura lejn ir-Royal Malta Yacht Club, minħabba li r-riħ kien waqaf kompletament f’ċerti mumenti.
Minkejja dan, l-ekwippaġġ ta’Juniper kiseb it-tieni rebħa tagħhom għal din is-sena. Fil-Klassi tal-Cruisers, Kon Tiki, bl-ekwipaġġ magħmul minn Fernando Grech, Joseph Muscat, u Manuel Gatt, rebaħ il-Klassi wara wirja ta’ determinazzjoni. Deċiżjoni strateġika li jibqgħu iktar barra fuq il-baħar kienet waħda tajba li ħalliethom isibu riħ iktar stabbli biex ħadu l-ewwel post fil-klassi tagħhom. “Tellieqa bħal din hija wirja ta’preċiżjoni u ħidma tajba bejn l-ekwipaġġ, fejn l-esperjenza ta’ kull membru hija meħtieġa – kif wera fiċ-ċar fit-Thomas Smith Triple Handed Night Race, “ikkumenta Adrian Gauci Borda, Rear Commodore Sailing, tar-Royal Malta Yacht Club.
“Nieħdu din l-opportunita biex nirringrazzjaw lil Thomas Smith Insurance Brokers għall-appoġġ tagħhom lejn din it-tellieqa.” L-avveniment li jmiss fuq il-kalendarju tat-tlielaq tar-Royal Malta Yacht Club hija l-International Yacht Paint Gozo Weekend Regatta li ser issir bejn it-28 u l-31 ta’ Marzu.