Monday, December 23, 2024

Rebħet lill-kanċer… tilfet mal-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn Victor Vella 

F’Birmingham fir-Renju Unit, għadd ta’ infermieri fl-isptar Good Hope jinsabu qalbhom maqsuma. Maħsudin u mbikkmin minħabba li kollega tagħhom li proprju ftit  żmien ilu rebħet lill-marda tal-kanċer wara battalja pjuttost twila, ftit jiem biss wara kellha tgħaddi minn battalja oħra. Din kienet il-battalja mal-virus li ħakem id-dinja għal din l-aħħar sena. L-infermiera, ma kellhiex l-istess xorti li kellha mal-kanċer.  Il-battalja mal-Covid19 tilfitha.

Kien proprju r-raġel tagħha li qasam l-istorja tagħha mal-pubbliku biex joħloq kuxjenza. Ippubblika l-aħħar ritratti. Dawk li fihom kien qed issellmilha għall-aħħar darba. 

John Careless ta’ 64 sena għamilha ċara li hu ried li jippubblika r-ritratti ta’ martu Valerie biex iwissi lin-nies. Riedu juri l-aħħar mumenti tagħha fi tbatija kbira bħala twissija għal dawk li mhux isegwu r-regolamenti marbutin mal-lockdown.

Valerie kellha 62 sena. Wara l-ġlieda mal-kanċer, hi rritornat lura biex taħdem fl-isptar Good Hope f’Birmingham. Marret biex taqdi lill-pażjenti. Kienet taħdem bħala infermiera fil-qasam tar-radjoloġija. Hi spiċċat ħadet il-virus u mietet fl-istess sptar li hi kienet ħadmet fih għal dawn l-aħħar 20 sena. 

Wara ġimgħat sieket, imkisser b’dak li seħħ, żewġha għażel li jitkellem u jaqsam l-eperjenza u jwissi lil dawk li mhux jieħdu l-pandemija bis-serjetà.

“Nispera li din l-esperjenza tixxokka lin-nies. Nittamaw li tbiddel l-opinjoni ta’ ħafna nies dwar il-lockdown. Nispera li marti ma mititx għalxejn”, jiddikjara John Careless.

“Il-Covid19 hi reali u taffettwalek ħajtek għal dejjem, Hawn nies li qed jaħsbu li dak li qed jiġri mhux se jolqothom. Taħsbux hekk.  Ma rridx nies oħra jgħaddu mit-tbatija li għaddejt jien” jisħaq żewġha. 

“Irrid lin-nies jisimgħu bl-istorja ta’ Valerie”, jisħaq John. 

Valerie fis-sena 2019  instabet li kienet qed tbati minn kanċer magħruf bħala ‘non hodgkin luymphoma’. Għamlet xhur tingħata l-kura u l-kimoterapija. Kien proprju ftit xhur ilu biss li ingħatat l-aħbar li l-kura kienet ħadmet u hi ġiet dikjarata ħielsa mill-kanċer.

Ġara li ftit żmien wara hi bdiet tħoss uġiegħ f’sidirha u żviluppat sogħla xotta. Spiċċat bi pneumonia.  Ingħatat l-antibiotiċi għax ħasbu li kienet infezzjoni normali. Il-kundizzjonijiet tagħha marret għall-agħar u finalment ġiet dikjarata pożittiva għall-Covid19. 

John jgħid li “Valerie baqgħet dejjem pożittiva.  Meta fieqet mill-kanċer qaltli li trid tirritorna għax-xogħol. Wara erbat ijiem li s-sintomi marru għall-agħar hi spiċċat. f’sodda u ma setgħetx tiċċaqlaq. Ħadtha l-isptar u minn dakinhar ma erġajtx rajtha. Kont nikkomunika magħha permezz tat-teknoloġija. Konna nitkellmu għal 15-il sekonda biss, għax ma kienx ikollha nifs. Kien żmien iebes ħafna.

John tħalla jidħol ħdejha liebes l-ilbies protettiv. Hu jgħidli “ma domtx aktar minn tlett minuti. Ma flaħtx naraha f’dik il-qagħda.”

Ekonomija

Sport