Friday, September 13, 2024

Rebħiet għal Malta fit-tiġrijiet internazzjonali bejn Malta u l-Estonja

Aqra wkoll

Meta l-Ħadd fil-Marsa saret it-13-il laqgħa tas-sena fuq 14-il tiġrija kollha tat-trott spikkaw l-aktar żewġ tiġrijiet internazzjonali bejn sewwieqa Maltin u sitt sewwieqa mill-Estonja. Dawn saqu żwiemel mill-klassijiet Silver u Bronze f’żewg tiġrijiet fuq distanza ta’ 2140m metru. Dan l-avveniment gie organizzat bl-appogg finanzjarju tal-awtorità EquestriMalta u s-sapport loġistiku tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej. Din is-sena, Malta u l-Estonja qiegħdin jiċċelebraw it-30 sena anniversarju mit-twaqqif tar-relazzjonijiet bilaterali ta’ bejniethom. 

Ġerrejja mill-Estonja ġewwa l-korsa tal-Marsa

Intant it-tiġrijiet intrebħu mis-sewwieqa Maltin Rodney Gatt u Jason Zahra. Is-sewwieqa Estonjani li ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni kienu Mahmoud Abdalla, Natalia Abdalla, Gudmund Haugstad, Niina Haugstad, Aimur Mets u Veronica Mets. Fl-ewwel tiġrija nternazzjonali, li matulha s-sewwieqa saqu żwiemel mill-klassi Bronze, kienet l-Estonjana Ninna Haugstad li marret minnufih quddiem permezz ta’ Devil Boko. Madankollu dan l-Olandiz beda jnaqqas mill-ġiri meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Devil Boko nqabeż minn Fakir Piya (Rodney Gatt) li ħa l-ewwel rebħa staġjonali. Devil Boko kellu jikkuntenta bit-tieni post minn Erromanga (Veronika Mets) u Fangio De Bailly (David Ellul).

Global Tuxedo jirbaħ il-Malta Estonia Silver Friendship Race

Anki t-tieni tiġrija internazzjonali tal-klassi Silver rat rebħa Maltija. Hawnhekk, l-Olandiz Edson Boko (Aiumur Mets), li kien l-aktar wieħed b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u li okkupa l-ewwel post għal parti twila tad-distanza, ċeda kollox f’nofs id-dritta finali. Dan meta nqabeż minn Global Tuxedo (Jason Zahra) li rreġistra l-ewwel rebħa fi xtutna. Capuchine Phil misjuq mill-Għawdxi Claudio Refalo u Aristote Gede (Veronika Mets) daħlu warajhom f’dik l-ordni.  

Fakir Piya jirbaħ il-Malta Estonia Bronze Friendship Race

Fi tmiem dawn iż-żewġ tiġrijiet, Dr Kenneth Vella, Ambaxxatur ta’ Malta għall-Estonja u l-Finlandja u s-Sur Max Zammit, CEO ta’ EquestriMalta ppreżentaw trofew u plakka kommemorattiva lis-sewwieqa u s-sidien li ħargu rebbieha f’dawn iż-żewġ tiġrijiet. Matul din il-laqgħa kien hemm ukoll it-tkomplija tal-kampjonat Executive Security Services għal żwiemel tal-klassi Silver fuq distanza qasira wkoll ta’ 2140m. Dan permezz ta’ tliet semifinali li minnhom 12-il żiemel għaddew għall-finali. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Dragon De Bellouet (T. Tanti) ħin – 3.23.9” (1.17.2”) 2. Fazio Josselyn (N. Baldacchino) 3. Rose Lloyd (D. Farrugia) 4. Falcon Du Hamel (M. Attard) 

II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Dak Oldack (D. Hili) ħin – 3.24.8” (1.17.6”) 2. Coyote Du Relais (M. Farrugia) 3. Un Beau Luxor (P. Galea) 4. Bottarus (Ch. Degiorgio) 

III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Diaz Dairpet (C. Calleja) ħin – 3.22.8” (1.16.8”) 2. French Laundry (R. Gatt) 3. Altonico (M. Debono) 4. Delta De L’Erdre (C. Camilleri) 

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Tonight Lux (D. Xerri) ħin – 3.27.2” (1.18.5”) 2. Call Boy Danover (N. Baldacchino) 3. Bellina De L’Odin (D. Aquilina) 4. Star’s Fighter (J. Cassar) 

V Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Velten Limelight (C. Calleja) ħin – 3.22.7” (1.16.8”) 2. Djembe Du Pont (M. Mizzi) 3. Sandsjons Revenue (C. Camilleri) 4. Amadeus Quick (P. Galea)

VI Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) ħin – 3.27.2” (1.18.5”) 2. Grace De L’Isop (R. Gatt) 3. Hunivers De Crepin (S. Grixti) 4. Zenit Karsk (B. Camilleri) 

VII Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Gaia Lucaxelo (P. Galea) ħin – 3.24.7” (1.17.5”) 2. Cleyton d’Ecajuel (M. Falzon) 3. Divonne (S. Grixti) 4. Belle De Cerisy (W. Borg) 

VIII Tiġrija. Malta-Estonia Friendship Race. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fakir Piya (R. Gatt) ħin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Devil Boko (N. Haugstad – Estonja) 3. Erromanga (V. Mets – Estonja) 4. Fangio De Bailly (D. Ellul) 

IX Tiġrija. Malta-Estonia Friendship Race. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Global Tuxedo (J. Zahra) ħin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Edson Boko (A. Mets – Estonja) 3. Capuchine Phil (C. Refalo) 4. Aristote Gede (V. Mets – Estonja)

X Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Cambaceres (P. Galea) ħin – 3.28.3” (1.18.9”) 2. Gipsy De Granou (S. Vella) 3. Very Welcome (A. Bartolo) 4. Bellino Verderie (N. Barbara) 

XI -il Tiġrija. Kampjonat Executive Security SemiFinali. Klassi Silver. Dist – 2140m.1. Triomphe Ferm (K. Saliba) ħin – 2.41” (1.15.2”) 2. Abricot Du Bugey (Ch. Vassallo) 3. Elite Angel (Cherise Farrugia) 4. Boom Boom Becker (N. Barbara) 

XII -il Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Antoine Du Bourg (R. Magro) ħin – 3.18.5” (1.15.2”) 2. Coumba Kuky (R. Gatt) 3. Kaptah (M. Ellul) 4. Baron De Majuag (A. Grech) 

XIII -il Tiġrija. Kampjonat Executive Security SemiFinali. Klassi Silver. Dist – 2140m.1.  Livi Majesty (R. Gatt) ħin – 2.40.6” (1.15.1”) 2. Beatnik Turgot (Cherise Farrugia) 3. Ami (Ch. Degiorgio) 4. Asko Giant (P. Galea) 

IV -il Tiġrija. Kampjonat Executive Security SemiFinali. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Elton Magic (Ch. Vassallo) ħin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. After Eight (C. Camilleri) 3. Cadol De La Noemie (P. Galea) 4. Quickspin (C. Calleja)

Ekonomija

Sport