Manchester City v Liverpool: Manchester City umiljaw lil Liverpool meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 4-0, bl-eroj assolut għalihom ikun l-iskorer prolifiku Norveġiż, Erling Haaland (39, 47, 57) li rreġistra hat-trick personali, bil-goal l-ieħor għalihom jasal minn Antoine Semenyo (50).
B’hekk is-Citizens kisbu post fis-semi-finali tal-FA Cup għat-tmien darba konsekuttiva, fejn huma jinsabu wkoll fit-tentattiv li jirbħu din it-tieni kompetizzjoni prestiġjuża u importanti fl-Ingilterra għat-tmien darba.
Chelsea v Port Vale: Chelsea umiljaw lil Port Vale meta għelbuhom bl-iskor jbir ta’ 7-0, biex ukoll kisbu post mal-aħħar erbgħa ta’ din il-kompetizzjoni.
L-iskorers għall-Blues kienu Jorrel Hato (2), Joao Pedro (25), auto-goal ta’ Jordan Lawrence-Gabriel (43), Tosin Adarabioyo (57), Andrey Santos (69), Estevao (82) u Alejandro Garnacho (92) minn penalty.Southampton v Arsenal: Southampton ħasdu lil Arsenal meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1. Kien Ross Stewart (35) li fetaħ l-iskor għas-Saints qabel ma Viktor Gyokeres (68) ġab l-iskor indaqs għall-Gunners. Shea Charles (85) skorja l-goal tar-rebħa għal Southampton, biex kisbu l-passaġġ fis-semi-finali.

