Thursday, December 26, 2024

RedBird Capital Partners iħabbru li akkwistaw lill-club ta’ Milan b’mod uffiċjali.

Aqra wkoll

Mil-lum, il-club ta’ Milan beda paġna ġdida hekk kif se jitmexxa mill-kumpanija Amerikana, RedBird Capital Partners.

Huma jinsabu kunfidenti li l-club jibqa’ miexi ‘l quddiem u fuq il-passi tas-suċċess.

Stqarrija maħruġa minn dan il-konsorzju kienet tgħid:

“Għal 123 sena, ilhom sinonimi fil-football Taljan. Sa mit-twaqqif tiegħu fl-1899, AC Milan rebħ 19-il Kampjonat, 7 Champions League/Tazza Ewropea, 7 darbiet is-Super Cup Taljana, 5 darbiet il-Coppa Italia, 5 darbiet is-Super Cup Ewropea, 3 darbiet it-Tazza Interkontinentali, darbtejn it-Tazza tat-Tazzi u darba t-Tazza tad-Dinja tal-Clubs.

“Bħala s-sidien il-ġodda ta’ AC Milan, RedBird se jkomplu jinvestu fl-oqsma ewlenin kollha li se jmexxu ‘l quddiem l-interessi sportivi u kummerċjali tal-club, billi jibnu fuq il-kisbiet tal-istaġun li għadda li laħqu l-qofol tagħhom fir-rebħ tal-kampjonat.

“L-esperjenza ta’ Red Bird fl-operat u l-bini ta’ negozji sportivi globali se jiżgura li l-kapitlu li jmiss fl-istorja ta’ AC Milan se jibni fuq il-momentum attwali tiegħu.

“L-oqsma ta’ prijorità  jinkludu l-appoġġ tat-tmexxija sportiva u kummerċjali tal-club biex jiġi żgurat li t-team ikun konsistenti u kompetittiv fl-ogħla livelli tal-football; li jiżgura li jkollu l-infrastruttura u l-faċilitajiet li jixirqu lil waħda mill-organizzazzjonijiet sportivi l-aktar prominenti fid-dinja; u t-tisħiħ tat-timijiet tan-nisa u taż-żgħażagħ tal-club, kif ukoll il-fergħa ta’ karità tiegħu, Fondazione Milan.”

Ekonomija

Sport