Reece James żvela li jinsab ħerqan li jibqa’ ma’ Chelsea fuq bażi fit-tul fost suġġerimenti li Manchester City qed ifittxu li jiffirmaw lill-player internazzjonali Ingliż.
Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena fadallu tliet snin oħra fil-kuntratt tiegħu mal-Blues, iżda huwa maħsub li qed ifittex żieda sinjifikanti fil-paga biex jirrifletti l-importanza tiegħu għall-club.
Manchester City huma maħsuba li qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni li tirrigwardja lil James, bil-manager tas-Citizens Pep Guardiola maħsub li hu ħerqan li jġibu fl-Etihad Stadium.