Chelsea ħabbru li d-difensur Reece James ġedded il-kuntratt għal sitt snin oħra.
James, li għandu 22 sena, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan it-tiġdid tal-kuntratt:
“Inħossni ferm sodisfatt bil-kuntratt il-ġdid tiegħi u jien grat lejn il-partitarji, is-sidien il-ġodda u kull min hu involut fil-klabb,” qal James fuq il-websajt ta’ Chelsea.
“Ma nistax nistenna biex nara x’se jiġri fil-futur, u żgur li se jkollna ċ-ċans li nirbħu ħafna trofej.
“Trabbejt nappoġġja lil dan il-klabb u ilni hawn minn meta kelli sitt snin. Iffirmajt fuq ftehim ġdid għax dan huwa l-klabb li rrid inkun fih. Għandna futur sabiħ flimkien.
Iċ-chairman ta’ Chelsea Todd Boehly qal: “Aħna kuntenti li nagħtu lil Reece kuntratt ġdid fit-tul ma’ Chelsea. Huwa plejer eċċellenti u persuna ta’ vera”