Saturday, December 14, 2024

Reece James qed jimmira li jkun disponibbli għat-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Chelsea Reece James qal li se jaħdem sal-aħħar mument biex ikun disponibbli għat-Tazza tad-Dinja.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena, li kien mistenni li jkun parti mill-iskwadra tal-Ingilterra fit-tournament ix-xahar id-dieħel, ilu barra mill-azzjoni minn meta sofra injury fl-irkoppa kontra AC Milan fiċ-Champions League fil-11 ta’ Ottubru.

James għadu jieħu l-kura u jinsab bil-krozzi, hekk kif għaddej mir-riabilitazzjoni tiegħu, u jidher improbabbli li se jkun jista’ jkun f’kundizzjoni tajba fil-ħin biex ikun involut fit-Tazza tad-Dinja fil-Qatar.

Ekonomija

Sport