Thursday, October 10, 2024

Referee Awstraljan se jikkontrolla fl-Ingilterra

Aqra wkoll

Jarred Gillett se jsir l-ewwel uffiċjal barrani li jirrefja logħba tal-Premier League meta nhar is-Sibt jieħu t-tmexxija ta’ dik bejn Watford u Newcastle United.

L-Awstraljan ta’ 34 sena, ġie promoss għal Select Group 1 mill-Professional Game Match Officials Limited (PGMOL) qabel il-bidu tal-istaġun.

Gillett diġá ħadem fuq il-VAR tal-Premier League dan l-istaġun u rrefja żewġ logħbiet taċ-Championship f’din il-kampanja.

Huwa beda jaħdem fl-Ingilterra fl-2019 wara li telaq mill-A-League tal-Awstralja.

Il-Premier League qal li se jsir “l-ewwel uffiċjal barrani” li jirrefja logħba tal-Premier League.

Għalkemm l-ex referee tal-Premier League, Dermot Gallagher, twieled l-Irlanda, huwa mar l-Ingilterra fl-età ta’ 16-il sena u kien meqjus bħala rappreżentant tal-FA Ingliża – u kien saħansitra ġie fdat jikkontrolla f’logħba li l-Irlanda kellhom kontra r-Russja fl-2002.

Sport