Saturday, October 26, 2024

Referee jkollu jissospendi logħba tal-MAFA wara li safa aggredit

Aqra wkoll

“Il-midja jeħtieġ li ġġib l-istampa kollha u mhux tagħti verżjoni mċajpra li tiċċara biss skont l-esiġenza”. Dan kien fost wieħed mill-kummenti ta’ rabja li segwew każ ta’ vjolenza li żvolġa lbieraħ waqt logħba kompetittiva tal-MAFA bejn Marsa St.Micheals u Valletta Stars f’Marsaxlokk.

Ir-referee CJ Saliba kellu jissospendi l-logħba wara li allegatament safa aggredit minn plejer Afrikan ta’ Valletta Stars. Dilettanti ta’ dan l-isport irreaġixxew b’rabja għall-imġiba tal-plejer barrani li kien vjolenti fil-konfront ta’ Saliba tant li allegatament spiċċa middu fl-art.

Intant ilbieraħ filgħodu żvolġiet protesta fil-Belt Valletta fejn spikka l-kliem “M’hemmx aħna u huma” bl-għan warajha jkun ta’ aktar għaqda f’pajjiżna.

Sport