Referee li kien qed jikkontrolla partita football bejn studenti fi skola f’Lincolnshire miet f’inċident stramb.
L-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta’ Lincolnshire qalet li Michael Grant, minn Ruskington, kien qed jikkontrolla logħba tal-iskola meta “sofra ġrieħi serji f’rasu”.
Is-Sur Grant – magħruf bħala Mick mill-komunità tal-football – weġġa’ fid-19 ta’ Ottubru. Huwa miet “b’mod paċifiku” l-isptar nhar it-Tnejn li għadda.
Fi stqarrija, l-FA ta’ Lincolnshire qalet li “l-ħsibijiet tagħha f’dan iż-żmien ta’ niket” kienu mal-“familja u l-ħbieb” tas-Sur Grant.
Hija żiedet tgħid: “Mick kien qed jirreffja logħba tal-iskola nhar l-Erbgħa li għadda meta sofra injury serja f’rasu f’inċident stramb.
“Huwa kien bniedem ġentlom, fejn dejjem żamm l-appuntament b’mod regolari darbtejn jew tliet darbbiet fil-ġimgħa u dejjem bi tbissima fuq wiċċu.
“Il-football f’Lincolnshire tilef referee rispettat ħafna fil-proċess li kien jagħmel dak li kien iħobb u l-familja kollha tal-football tibgħat il-kondoljanzi mill-qalb tagħna lill-familjari tiegħu.”
Boston u District Saturday Football League qalu li l-uffiċjal sofra ġrieħi serji waqt logħba taż-żgħażagħ fl-Iskola ta’ Carre fi Sleaford meta ntlaqat minn ballun li ġie minn imkien.