Sunday, November 3, 2024

Referee maqtul wara li ġie attakkat minn players u partitarji f’El Salvador

Aqra wkoll

Referee miet b’emoreġija interna wara li ġie attakkat minn plejers u partitarji talli wera karta ħamra.

Jose Arnoldo Amaya ta’ 63 sena miet fi tmiem il-ġimgħa wara l-inċident xokkanti f’El Salvador.

Ir-referee kien qed jikkontrolla partita tad-dilettanti fit-Toluca Stadium f’Miramonte.

Dan kollu beda meta Amaya wera t-tieni karta safra lil player bil-konsegwenza li ġie mkeċċi.  Din id-deċiżjoni rrabjat ferm lill-players kif ukoll lill-partitarji li attakkaw lil dan ir-referee li kellu 20 sena esperjenza fejn ġie wkoll imsawwat brutalment, tant, li ttieħed b’urġenza l-isptar  fejn kien qed isofri minn ġrieħi interni … fejn ftit wara miet.  

Sport