Wara li l-Arabja Sawdija laqgħet fi ħdanha diversi stilel tal-futbol bħal Cristiano Ronaldo, Sergej Milinkovic-Savic, Neymar, Jordan Henderson u Marcelo Brozovic fost l-oħrajn, il-federazzjoni tal-futbol tal-pajjiż qed taħseb sabiex iġġib referees Ewropej bit-tama li l-livell ta’ futbol ikompli jitjieb.
Din il-federazzjoni qed taħseb sabiex tikkuntattja referees mill-Ingilterra, Italja, Franza u Spanja meqjusin bħala l-iktar tajbin fil-mument. Dan eventwalment jiġu ingaġġati sabiex jikkontrollaw logħob hemmhekk.