Ir-Royal Malta Yacht Club għamel ritorn mistenni ġewwa Marzamemi, f’Sqallija, aktar kmieni dan ix-xahar, meta ospita r-Regatta Camilleri Marine Marzamemi. Ir-Regatta kienet avveniment kompetittiva ħafna, li laqgħet taħlita ta’ baħħara ġodda kif ukoll b’esperjenza fil-flotta.
It-tellieqa lejn Marzamemi bdiet mill-Port ta’ Marsamxett taħt l-istruzzjonijiet tal-Uffiċjal tat-Tlielaq Luca Lacitignola. Il-J99 Calypso tal-familja Ripard kienet l-ewwel waħda li ħarġet mill-bokka tal-port, fejn ippruvat tafferma l-pożizzjoni tagħha fuq quddiem. Hi kellha kompetizzjoni minn Corona ta’ Luis Azzopardi u Inspiration ta’ Godwin Zammit. Corona malajr marru fil-vantaġġ li żammew sakemm laħqu Capo Passero. In-nuqqas ta’ riħ hemmhekk kien ifisser li waqfu għal madwar siegħa, fejn laħqithom Calypso. Riħ ħafif mill-Grigal ta’ madwar 3 mili nawtiċi fis-siegħa ppermettiethom jagħmlu ftit progress lejn id-destinazzjoni finali, Marzamemi. Madankollu, ir-riħ barra l-port reġa’ niżel u wassal biex iż-żewġ dgħajjes jieqfu. Riħ ħafif ppermettiet lil Corona tispiċċa l-ewwel. Bis-sistema ta’ ħandicap, iżdakien Calypso li rebaħ it-tellieqa Malta-Ragusa b’Corona jispiċċa fit-tieni post. Janissah, ta’ Mario Debono spiċċat fit-tielet post.
Ir-ritorn lejn Malta kienet tellieqa oħra ta’ suċċess għal Corona, li minkejja xi problemi fil-qluħ li naqqset ir-rankatura tagħhom fil-bidu, irnexxielhom jagħmlu ġirja tajba lejn Malta partikolarment meta riħ mill-majjistral beda jiżdied viċin Malta u għal darb’oħra kienu l- l-ewwel jott li spiċċa t-tellieqa quddiem ir-Royal Malta Yacht Club.
Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Corona minn meta l-kaptan Azzopardi beda jtellaq is-sena l-oħra. It-tieni jott li spiċċa kien Inspiration segwit minn Lartista ta’ Anton Calleja. Il-kundizzjonijiet tar-riħ li qedin ibattu fisser li l-bqija tal- flotta rtirat minħabba li ma kinux ikunu jistgħu jaslu fil-ħin stabbilit.
“L-ekwipaġġi kollha li ħadu sehem fir-Regatta ta’ Marzamemi Weekend għandhom affezzjoni partikolari lejn din it-tellieqa. Din is-sena kienet aktar sinifikanti peress li l-Klabb kien ilu ma kien hemm minħabba l-pandemija” irrimarka David Cremona, Commodore, Royal Malta Yacht Club. “Il-Club japprezza bis-sħiħ l-appoġġ li tana Camilleri Marine. Dan l-appoġġ jagħmel dawn l-avvenimenti aktar uniċi.”
Il-parteċipanti tar-Regatta Camilleri Marine Marzamemi ġew ospitati għal serata ta’ Għoti tal-Premjijiet fir-Royal Malta Yacht Club, fejn ġew ippreżentati premjijiet mogħtija minn Camilleri Marine lir-rebbieħa.
Camilleri Marine Marzamemi Regatta Rebbieħa Ġenerali
1st | Corona (Luis Azzopardi / Sara Baldwin) |
2nd | Inspiration (Godwin Zammit) |
3rd | Lartista (Anton Calleja) |
Rebbieħa tal-Ewwel Tellieqa (Malta – Marzamemi)
1st | Calypso (Sebastian Ripard / RLR |
2nd | Corona (Luis Azzopardi / Sara Baldwin) |
3rd | Janissah (Mario Debono) |