Saturday, September 21, 2024

Reġistrat mill-ġdid tnaqqis fin-numru ta’ każi attivi; 3 jirkupraw u każ wieħed biss pożittiv

Aqra wkoll

Il-każi attivi ta’ persuni infettati bil-Covid-19 f’pajjiżna reġa’ rreġistra tnaqqis. Dan hekk kif fl-aħħar 24 siegħa tliet persuni fiequ mill-virus, filwaqt li kien reġistrat każ wieħed biss ġdid ta’ persuna infettata.

Matul l-istess perjodu saru 1,301 swab tests, biex b’hekk in-numru kumplesiv ta’ testijiet jammonta issa qabeż is-60,000 test għal 60,812.

Bit-tliet persuni li fiequ matul dawn l-aħħar sigħat, it-total kumplessiv ta’ persuni li rkupraw issa jammonta għal 476.

Sport