Saturday, December 21, 2024

Reġjun ieħor fir-Russu jiddikjara stat ta’ emerġenza hekk kif il-forzi Ukreni komplew javanzaw

Aqra wkoll

Il-forzi Ukreni fl-aħħar sigħat komplew javanzaw fir-Russja biex issa reġjun ieħor iddikjara stat ta’ emerġenza. L-Ukreni komplew jieħdu kontroll ta’ artijiet Russi. Ftit tal-jiem ilu kient l-ewwel darba li l-Ukreni daħlu u attakkaw territorju Russu.

L-ewwel li daħlu l-forzi Ukreni kienu fir-Reġjun ta’ Kursk fejn il-Gvernatur mill-ewwel iddikjara stat ta’ emerġenza. Hekk kif l-Ukreni komplew javanzaw issa wkoll il-Gvernatur ta’ Belgorod ħass li kellu jiddikjara stat ta’ emerġenza.

Min-naħa tagħha r-Russa qiegħda takkuża lill-forzi Ukreni li qegħdin iwettqu atti kriminali u minħabba f’hekk kif tentattiv biex ikun hemm xi forma ta’ paċi qiegħda tfalli.

Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy qal li l-forzi tiegħu komplew javanzaw fir-Russja. Qal li taħt idejhom għandhom aktar minn 100 suldat Russu u ħadu l-kontroll ta’ aktar minn 74 villaġġ fir-reġjun.

Ekonomija

Sport