Sunday, November 17, 2024

Ir-reġjun tal-lvant ta’ Malta ddikjarat bħala r-Reġjun Ewropew tal-Isport 2023

Aqra wkoll

Nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill Reġjonali tal-Lvant irċieva ittra uffiċjali mingħand il-President u Fundatur ta’ ACES Europe, is-Sur Gian Francesco Lupatelli, li tiddikjara uffiċjalment ir-Reġjun tal-Lvant bħala r-Reġjun Ewropew tal-Isport 2023.

Dan il-premju sar wara ż-żjara tal-Kummissjoni ta’ evalwazzjoni ta’ ACES Europe f’Malta nhar it-Tlieta 24 ta’ Mejju 2022 u l-Erbgħa 25 ta’ Mejju 2022, fejn il-membri kellhom l-opportunità li jżuru bosta faċilitajiet sportivi li jinsabu fir-Reġjun u jkunu jistgħu jifhmu s-sitwazzjoni sportiva f’Malta.

ACES Europe hija assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li tassenja r-rikonoxximent tar-Reġjun Ewropew, Kapitali, Belt, Komunità u Belt tal-Isport. Iż-żjara ta’ ACES Europe f’Malta kienet prinċipalment biex ikun hemm fehim sħiħ dwar kif il-kandidat u l-popolazzjoni tiegħu, qed jippromwovu permezz tal- isport, il-valuri ta’ ACES Europe li jevolvu madwar it-tgawdija fl-eżerċizzju, ir-rieda li tikseb, sens ta’ komunità, tagħlim ġust u titjib tas-saħħa. Fost reġjuni u bliet oħra li bbenefikaw minn dan il-premju inklużi dawk bħal Milan, Madrid, Stokkolma, Kopenħagen, Lisbona, Dublin, Marsilja u The Hauge, ir- Reġjun Ewropew tal-Isport tas-sena l-oħra kien Andalucia (Spanja) u din is-sena Piemonte (l-Italja).

Ir-Reġjun jħossu onorat speċjalment bil-kliem użat mill-President Lupatelli fl-ittra ta’ approvazzjoni tiegħu li jgħid li “ir-reġjun tagħkom huwa tassew eżempju tajjeb ta’ sport għal kulħadd bħala strument ta’ saħħa, integrazzjoni, edukazzjoni u rispett li huma l-għanijiet ewlenin ta’ ACES Europe.”

Dan l-avveniment ta’ skala internazzjonali mistenni jattira turiżmu sportiv lejn Malta, partikolarment fir-Reġjun Lvant, fejn barra li jżomm numru ta’ sportivi attivi bl-attivitajiet varji, mistenni jippromwovi l-attività fiżika b’mod in ġenerali. Ir-Reġjun Lvant huwa kompost mill-lokalitajiet ta’ Birkirkara, Għargħur, Gżira, Iklin, Lija, Msida, Pembroke, Pietà, San Ġiljan, Sliema, Swieqi u Ta’ Xbiex

Nieħdu din l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, l-Onor. Clifton Grima, u l-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor. Clayton Bartolo, l-MEP David Casa u kelliem għall-oppożizzjoni għall-wegħda ta’ appoġġ tagħhom. Nixtiequ nirringrazzjaw ukoll lis- CEO ta’ SportMalta, is-Sur Mark Cutajar, u lill-assoċjazzjonijiet rispettivi l-oħra kollha li laqgħu lid- delegazzjoni fil-faċilitajiet sportivi tagħhom waqt iż-żjara ta’ spezzjoni.

Ekonomija

Sport