AC Milan qed jevalwaw il-progress tal-winger ta’ Arsenal Reiss Nelson. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u għadu qed jevalwa jekk għandux iġedded il-kuntratt tiegħu jew le.
Nelson lagħab 34 partita mal-Gunners u skorja erba’ gowls. Hu kien ukoll misluf lil 1899 Hoffenheim u Feyenoord tul dan iż-żmien.
Nelson kien membru regolari mat-tim nazzjonali Ingliż ta’ taħt il-21 sena iżda qatt ma ġie mgħajjat mat-tim tal-kbar.