Sunday, December 22, 2024

REKORD: 32,000 passiġġier jgħaddu mill-MIA f’ġurnata waħda biss

Aqra wkoll

Hekk kif ix-xejriet fit-turiżmu komplew juru sinjali ferm pożittivi, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo ħabbar li matul il-ġurnata tal-lum kienu se jgħaddu rekord ta’ 32,000 passiġġier.

Il-Ministru qal li dawn ir-riżultati pożittivi jkomplu jżidu aktar enerġija li permezz tagħhom naraw li l-prinċipji tal-kwalità u l-kwantità fil-prodott turistiku jimxu id f’id flimkien.

Kien fil-11 ta’ Awwissu meta l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien ħabbar li qed jistenna u jittama li bejn is-17 ta’ Awwissu u l-24 ta’ Awwissu se jkunu qegħdin jgħaddu 32,000 passiġġier f’kull waħda minn dawn il-ġranet. Fil-fatt, issa dan ir-rekord intlaħaq.

Intant f’Lulju li għadda l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għaddew 848,716-il passiġġier. Dan ifisser li x-xahar ta’ Lulju sar l-aktar xahar impenjattiv għall-MIA mill-2019. Dan l-ammont għeleb ir-rekord li sa issa kellu f’idu Awwissu tal-2019 b’aktar minn 25,000 moviment tal-passiġġieri.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien qal fi stqarrija li l-movimenti tal-ajruplani baqgħu simili għal dawk tal-2019 filwaqt li kienet irreġistrata żieda ta’ 3.8 fil-mija fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet, u dan riżultat tal-fatt li diversi linji tal-ajru qed joperaw ajruplani akbar għat-titjiriet minn u lejn Malta.

Ekonomija

Sport