Sunday, November 24, 2024

Rekord mondjali mit-team Brittaniku tan-nisa fit-Track Cycling

Aqra wkoll

Il-Brittanja rebħu l-midalja tad-deheb b’mod sensazzjonali  fl-ewwel lejl ta’ track cycling f’Pariġi 2024 hekk kif it-trio, kompost minn Sophie Capewell, Emma Finucane u Katy Mar­chant, kiser ir-rekord dinja meta għeleb lil New Zealand f’finali mill-aktar eċċitanti.

It-team GB kellu prestazzjoni mill-aqwa u dominanti mill-bidu sat-tmiem, u kiser ir-rekord dinji fil-ftuħ tagħhom ta’ kwa­lifikazzjoni qabel reġa’ għamel dan fil-heat tagħhom kontra l-Kanada – wara li l-Ġermanja u New Zealand kienu momentarjament rebħuha matul perjodu ta’ 10 minuti.

Iċ-champion tad-dinja tal-isprint Finucane, 21 sena, mexxiet l-isforz Brittaniku billi rebħet l-aħħar dawra meta waqqfet l-arloġġ f’ħin ta’ 45.186.

Din kienet it-tielet darba fi tliet tlielaq li t-team Ingliż kiser ir-rekord, u beda c-cycling track Olimpiku bi stil hekk kif Team GB rebaħ l-ewwel midalja tiegħu ta’ kwalunkwe kulur fl-avveniment.

Sport