Sunday, November 3, 2024

Rekord Nazzjonali għal Dylan Cachia fl-ewwel jum tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm

Aqra wkoll

Fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq, ilbieraħ wara nofsinhar bdew il-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm imtella’ mill-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta.

Il-Kampjonati se jkunu mifruxa fuq perjodu ta’ erbat ijiem li jintemm il-Ħadd filgħaxija. L-ewwel jum rat erbgħa u għoxrin avveniment iseħħu.

Wara t-tmiem tal-kompetizzjoni għal nhar il-Ħamis, ġie stabbilit Rekord Nazzjonali fl-avveniment tal-200m backstroke minn Dylan Cachia.

Cachia għam ħin ta’ 2:08.35, fejn  għeleb ir-rekord preċedenti stabbilit fl-2019 minn Thomas Wareing b’.6 ta’ sekonda.

It-tieni jum tal-Kampjonati Nazzjonali jkomplu llum il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju fis-1800hrs.

Sport