Saturday, September 14, 2024

Rekord Nazzjonali tal-piroteknika f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Ilbieraħ filgħaxija nkiser Rekord Nazzjonali tal-prioteknika f’Ħal Tarxien hekk kif kien hemm L-ikbar ammont ta’ gassijiet, l-itwal gass sħiħ u bl-iktar ammont ta’ qlib ta’ kuluri differenti.

B’kollox intużaw 20 gass sħiħ b’tul ta’ 32cm kull wieħed u b’10 qalbiet ta’ kuluri li kienu aħmar, aħdar, abjad, isfar, roża, lime, aqua, oranġjo, magenta u blu f’ħin ta’ minuta u 50 sekonda.

Aktar kmieni: Illejla se jsir tentattiv ta’ rekord nazzjonali b’rabta mal-piroteknika f’Ħal Tarxien

“Kollox jinsab lest biex illejla jsir tentattiv ta’ rekord nazzjonali ġdid li għandu x’jaqsam mal-piroteknika. L-ikbar ammont ta’ gassijiet, l-itwal gass sħiħ u bl-iktar ammont ta’ qlib ta’ kuluri”.

Dan qalitu l-NGO The Malta Records, fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, fejn spjegat li il-pubbliku se jkun jista’ igawdi dan l-ispettaklu għall-ħabta tal-11:00 p.m, wara l-marċ brijuż fil-festa tal-Madonna tad-Duttrina ġewwa Ħal Tarxien.

The Malta Records qed tistieden lid-dilettanti tan-nar u l-festi biex jiġu jgawdu dan l-ispettaklu li se jinħaraq minn fuq il-bejt tal-każin li jinsab quddiem il-knisja parrokkjali ta’ Ħal Tarxien.

Ekonomija

Sport