Sunday, November 24, 2024

Rekord Olimpiku fit-3000m steeplechase minn Winfred Yavi tal-Bahrain

Aqra wkoll

Winfred Yavi kisret ir-rekord Olimpiku biex rebħet it-3000m steeplechase tan-nisa. L-għajjat kien qawwi fl-istadium, meta kien hemm il-Franċiża, Alice Finot, tiġri f’din it-tellieqa.

Iżda bi tliet dawriet għat-tmiem, hija kienet diġa’ maqtugħa barra – kien hemm grupp ewlieni ta’ sitt atleti, immexxi miċ-champion renjanti tal-Uganda, Peruth Chemutai.

Niżlu għal ħamsa hekk kif qabdu l-ostaklu fid-dritta għal żewġ dawriet biex jispiċċaw, b’Chemutai illidjat lil Beatrice Chepkoech tal-Kenja u Winfred Yavi tal-Bahain.

Sembo Almayew tal-Etijopja pprovat mossa biex tinqala’ ‘l barra iżda ma rnexxietx. Huma kienu fuq id-dritta għal darb’oħra hekk kif indaqqet il-qanpiena, ma’ Chemutai, Chepkoech u Yavi nkoraġġiti mill-folla.

Huma qabżu fl-ilma għall-aħħar darba u kienet ġejja Yavi, li qabżet lil Chemutai fuq l-aħħar ostaklu fejn żammet il-vantaġġ tagħha biex rebħet f’rekord Olimpiku ġdid!

Iċ-champion tad-dinja Yavi rebħet fi 8:52.76, filwaqt li naqqset aktar minn sitt sekondi mir-rekord Olimpiku l-antik li kien ilu mill-2008, b’Chemutai tieħu l-fidda fi 8:53.34 u l-bronż Cherotich tal-Kenja fi 8:55.15.

Sport