It-team tan-nisa tal-isparar bil-qaws tal- Korea t’Isfel kompla jiddomina din id-dixxiplina hekk kif rebħu l-10 midalja tad-deheb konsekuttiva tal-Olimpjadi.
It-team, kompost minn, Jeon Hun-young, Lim Si-hyeon and Nam Suh-yeon, fil-finali għelbu liċ-Ċina 5-4, f’konfront ferm missielet, b’dawn tal-aħħar kellhom il-biżgħa li jiġu eliminati fil-kwarti-finali mill-Indoneżja.
Ir-riżultat tal-finali kien dak ta’ 2-2 – 56-53, 55-54, 51-54, 53-55 – bil-konsegwenza li kellha tmur għal shoot-off, bil-Koreani jittrijonfaw 29-27.
Min-naħa l-oħra, il-Messiku rebħu l-midalja tal-bronż meta għelbu lill-Olanda 6-2.
Din kienet l-ewwel darba li l-Messikani rebħu midalja f’avveniment tan-nisa.