Saturday, December 28, 2024

Rekord ta’ każi ġodda ta’ Covid-19

Aqra wkoll

Mit-3,557 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 218 każ ġdid ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt il-Ministeru għas-Saħħa qal li rkupraw 111 persuna.

Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi f’pajjiżna kompla tiela’ għal 1,937.

Intant bil-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi reġistrati lbieraħ kien hemm 11-il każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-virus wara li ġew f’kuntatt ma’ qarib tagħhom li diġà huwa pożittiv għall-Covid-19, 12-il każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, tmien każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ persuni diġà pożittivi, żewġ każi kienu importat u ħames każi minn attivitajiet soċjali.

Bin-numru ta’ swab tests li saru lbieraħ, l-awtoritajiet wettqu 343,290 swab test sa mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport