Sunday, December 22, 2024

Relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess isir att kriminali fl-Iraq

Aqra wkoll

Persuni LGBT li jinqabdu f’relazzjoni se jkunu qegħdin jiffaċċaw il-Qorti fl-Iraq u jekk jinstabu ħatja jistgħu jingħataw kundanni iebsin ħafna.

Il-Parlament Iraqi għadda liġi li biha għamel relazzjonijiet bejn koppji tal-istess sess bħala att kriminali u min jinstab ħati jista’ jeħel bejn 10 u 15-il sena ħabs.

Attivisti li għamlu pressjoni biex tgħaddi din il-liġi qalu li b’dan il-mod il-valuri jistgħu jinżammu għoljin u mhux kulħadd jidħol għal relazzjoni li jrid hu.

Min-naħa tagħhom attivisti favur persuni LGBT qalu li dan hu pass lura fid-drittijiet tal-bniedem u hemm eluf kbar ta’ Iraqqin li fil-futur qarib jistgħu jiffaċċaw sentenzi ta’ ħabs.

Il-liġi tgħid li dawk kollha li jkunu attivisti ta’ persuni omosesswali jew tobba li jħeġġu lil xi ħadd biex ibiddel is-sess tiegħu, jew inkella raġel li joħroġ fil-pubbliku libes ta’ mara, jew inkella persuni li jagħmlu attivitajiet sesswali “mhux normali” jistgħu wkoll jiffaċjaw il-Qorti u sentenzi ta’ ħabs.

Ekonomija

Sport