Melita ………….0
Naxxar L. …….1
Minn Cristian Muscat
Naxxar Lions għelbu lil Melita bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal importanti jasal eżattament fi tmiem l- ewwel taqsima, permezz ta’ Hugo Dos Santos Coelho. B’hekk huma żammew posthom fil-Malta Premier u kkastigaw lil Melita biex staġun ieħor jilagħbu fiċ-Challenge League.
Kienet rebħa meritata għal Naxxar fejn huma kellhom il-kmand tal-logħba speċjalment fit-tieni taqsima, u li kieku kienu iktar preċiżi fil-konklużjonijiet tagħhom, ir-rebħa setgħet kienet akbar.
M’hemmx dubju li wieħed stenna aħjar minn Melita speċjalment wara l-bidu ta’ staġun tal-ħolm li kellhom fejn saħansitra l-coach tagħhom, Clive Miziz, ġie magħżul bħala l-VBET Coach tax-Xahar għal Awwissu 2024. Madankollu fit-tieni nofs tal-istaġun, huma ma baqgħux konsistenti, bir-riżultati ma jaslux u ta’ dan pattew qares.
Intant, Melita ħolqu l-ewwel periklu fis-sitt minuta meta Edson Faris Cerqueira għadda tajjeb lejn Hugo Farias li kellu xutt minn ġol-kaxxa jintemm barra.
Melita rrispondew fl-14-il minuta permezz ta’ xutt ta’ Matthew Debattista minn tarf il-kaxxa li intemm għoli.
Fit-33 minuta, Naxxar reġgħu ħolqu l-periklu permezz ta’ xutt ta’ Edson Farias Cerqueira, wara li bidel il-ballun, li ġie salvat minn Gosef Mizzi.
Fit-tielet minuta tal-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Naxxar irnexxielhom jiftħu l-iksor meta Edson Farias Cerqueira indirizza free-kick li sab lil HUGO DOS SANTOS COELHO li permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ma ħafirx.
Fis-56 minuta, Naxxar fallew ċans tad-deheb li jirduppjaw l-iskor meta Joao Vitor Moura Cardoso kellu t-tentattov fil-baxx tiegħu mill-viċin jistampa ma’ sieq il-wieqfa, b’Melita jeħilsuha ħafif.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u żewġ minuti biss wara tilfu okkażjoni tajba li jirduppjaw l-iskor meta Maicon De Silva ġie wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper ta’ Melita, Gosef Mizzi, iżda għamel l-impossibbli u tefa’ barra.
Melita wieġbu fis-66 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Jean Pierre Attard li ntemmet barra.
Fis-77 minuta Matthew Debattista xeħet cross-shot insidjuż li ġie devjat f’corner.
U fis-97 minuta, Melita appellaw għal penalty meta x-xutt ta’ Jean Pierre Attard ħabat ma’ id difensur Naxxari.
MELITA: 1-Gosef Mizzi, 3-Aldair Pena Simanca (18-Ensell Attard 60), 6-Jean Pierre Attard, 10-Matthew Debattista, 13-Marc Van de Font Bovenkamp, 14-David Xuereb (17-Julian Abela 89), 19-Jesus Andres Yepez Morlets (22-Collins Gyamfi 74), 25-Gareth Barone, 26-Kurt Bondin (21-Nick Cutajar 74), 27-Andres Camilo Gonzales Sanchez, 77-Santiago Martinez Perlaza (7-Karl Mohnani 60) – Coach: Clive Mizzi
NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef, 4-Bacary Sane, 9-Edward Orlando Bolanos Angulo (7-Takuma Yamaguchi 81), 10-Edson Farias Cerqueira (44-Ito Yasukaze 69), 18-Hugo Dos Santos Coelho (30-Jean Paul Farrugia 81), 20-Laton, 23-Maicon De Souza Silva, 25-Fernando Barbosa Pereira, 28-Giuseppe Bonanno (19-Aron Hernandez 81), 33-Joao Vitor Moura Cardoso – Coach: George Vella
REFEREE: Philip Farrugia
ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Max-Lee Muscat
RABA’ UFF: Emanuel Grech
SKORER: H. Dos Santos Coelho (NL)
AMMONITI: N. Micallef, F. Barbosa Pereira, T. Yamaguchi (NL), S.Martinez Perlaza, M. Van de Font Bovenkamp (M)