Fost ir-riżultati li kellna mill-kampjonat Franċiż spikkat ir-rebħa tajba li kisbu Rennes barra minn darhom għand it-tim diġa’ relegat ta’ Ajaccio 5-0.
Għal Rennes spikka Amine Gouiri li skorja tripletta filwaqt li Di Doku u Santamaria żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Din ir-rebħa kienet fundamentali għat-tim mir-reġjun tal-Brittanja hekk kif issa jinsabu biss punt bogħod mit-tim fir-raba post Lille u għalhekk jibqgħu jittamaw f’xi post fil-kompetizzjoni Ewropea.