Friday, December 13, 2024

Reno Bugeja rikonoxxut għall-kontribut tiegħu fil-qasam ġurnalistiku

Aqra wkoll

Fr Stephen Borg, Fr Joseph Formosa u Dr Mario Sant MQR huma tliet patrijiet Maltin li jinsabu fir-Renju Unit huma fergħa tal-Provinċja Maltija tal-Franġiskani. Huma jfittxu li jħaddnu l-eżempju ta’ San Franġisk fil-ħajja tagħhom, billi jaqdu u jagħtu lil min hu fil-bżonn. Il-patrijiet jgħinu lill-Maltin u l-Għawdxin li jkun u qed jiġu kkurati fir-Renju Unit b’appoġġ spiritwali, morali u prattiku.

Is-Sur Joseph Farrugia MQR twieled fl-1959 hu huwa figura prominenti fl-oqsma tar-relazzjonijiet industrijali u d-djalogu soċjali f’Malta. Matul il-karriera tiegħu huwa ta kontribut qawwi fl-iżvilupp ta’ liġijiet tax-xogħol, ir-relazzjonijiet industrijali u l-politika soċjali.

Reno Bugeja ħalla marka distintiva fil-ġurnaliżmu lokali b’karriera twila mifruxa fuq erba’ diċenji. Huwa beda l-karriera tiegħu max-xandir nazzjonali Television Malta fl-1976 u kompla jservi f’diversi karigi fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ Television Malta. Matul dawn is-snin huwa rraporta avvenimenti u ġrajjiet li sawru l-istorja riċenti ta’ pajjiżna u b’ħidmietu bena reputazzjoni għal ġurnaliżmu serju, veritier u bilanċjat.

L-Arċisqof Emeritu George Anthony Frendo O.P. MQR, Monsinjur George Anthony Frendo twieled fl-4 ta’ April 1946 u ngħaqad mal-Ordni Dumnikana fl-1962. Huwa ġie ordnat saċerdot fis-7 ta’ April 1969 u gradwa bħala Lettur fit-Teoloġija Dommatika u Duttur fil-Liġi Kanonika.

Doris Micallef MQR hija artista Maltija li twieldet fl-1938 u hija magħrufa għall-ħidma estensiva tagħha ta’ aktar minn 50 sena fit-tpenġija ta’ pajsaġġi Maltin u Għawdxin. Ix-xogħol artistiku tagħha huwa karatterizzat minn evoluzzjoni kontinwa ta’ teknika fejn irnexxielha taqbad b’mod sabiħ fuq it-tila s-seħer tax-xenarju Malti.

L-Akkademja Mediterranja għall-Istudju fid-Diplomazija, din l-akkademja hija istituzzjoni prestiġjuża ta’ tagħlim fil-livell terzjarju. Sa mit-twaqqif tagħha fl-1990, frott ta’ kollaborazzjoni bejn il-gvern Malti u dak Żvizzeru l-akkademja kisbet fama fir-reġjun tal-mediterran għal dak li huwa tagħlim fid-diplomazija, l-istudji internazzjonali u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti.

Prof Jane Sommerville, Kardjologa rinomata mir-Renju Unit li għamlet kontribuzzjonijiet kbar fil-qasam tal-mard konġenitali tal-qalb.

Il-ħidma tagħha f’Malta bdiet fl-2005 fejn bdiet taħdem fil-qrib ma’ tobba Maltin biex tipprovdi kura lill-adulti b’mard ta’ dan tip. Hija kienet strumentali fit-twaqqif tal-klinika tal-mard konġenitali tal-qalb għall-adulti fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Mater Dei.

Ekonomija

Sport