Friday, December 20, 2024

Replika tar-Reġina “fartasa” f’mużew fil-Ġermanja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Xi kultant figuri tax-xema’ li jinħadmu fuq il-karatteristiċi ta’ persuni distinti tant ikunu simili li jkollok tħares darbtejn biex tiddistingwi bejniethom.

Ironikament, figuri oħrajn jeħtieġ li nħarsu aktar fid-dettal u dan mhux bilfors għax ikun hemm somiljanzi, iżda għax jista’ jkun hemm distinzjoni moħbija.

Dan seħħ f’replika li nħadmet fil-mużew Panoptikum fil-Ġermanja hekk kif taħt il-kappell, ir-Reġina hija fartasa.

Dr Susanne Faerber spjegat dwar dan f’kummenti ma’ ġurnali barranin. Bħala waħda mill-imsieħba Direttorjali hija elaborat li għall-figuri fil-mużew tagħhom huma jużaw xagħar uman reali u li dan jiswa ħafna flus. Għalhekk fejn hu possibbli, f’dan il-każ minħabba li parti minn rasha tkun mogħtija bil-kappell, jiġi applikat ix-xagħar li jidher biss.

Ekonomija

Sport