Thursday, December 26, 2024

Repubblika titlob lill-Pulizija biex tagħti protezzjoni lil Jason Azzopardi

Aqra wkoll

Repubblika għamlet talba lill-Pulizija biex tipprovdi protezzjoni lid-Deputat Jason Azzopardi. Fi stqarrija mibgħuta lill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Carmelo Magri, Repubblika qalet li tali protezzjoni hija meħtieġa minħabba li kien sar kuntatt telefoniku ma’ Azzopardi dwar il-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, iżda li dwarha qalu li ma ttieħdet l-ebda azzjoni adegwata.

Repubblika qalet li l-persuni li kkummissjonaw, ippjanaw u wettqu l-qtil ta’ Caruana Galizia huma persuni b’saħħa kbira u b’konnessjonijiet u infiltrazzjoni politika u istituzzjonali kbira, anke fil-Pulizija.

Repubblika kienet għamlet l-ewwel talba għal protezzjoni lil Azzopardi nhar il-15 ta’ Ġunju li għadda, bl-għada s-16 ta’ Ġunju jsir l-allegat kuntatt ma’ Azzopardi dwar il-każ Caruana Galizia.

Ekonomija

Sport