Thursday, December 26, 2024

Repubblika u Occupy Justice għada bi protesta quddiem il-Parlament

Aqra wkoll

Repubblika, flimkien ma’ Occupy Justice u Manuel Delia se għada se jkunu qed jinġabru fi protesta quddiem il-Parlament b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-allegazzjonijiet li saru fil-jiem li għaddew mill-midja internazzjonali li Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta’ Caruana Galizia, għamel qligħ ta’ flus permezz tal-kumpanija 17 Black fi ftit jiem wara li l-Enemalta xtrat windfarm fil-Montenegro.

Intant Repubblika qed tisħaq li biex toħroġ il-veritża u l-ġustizzja dwar dan għandha tinħatar investigazzjoni konġunta bejn il-Europol u l-Pulizija ta’ Malta fir-rigward tal-qtil ta’ Caruana Galizia. Huma qed jitolbu wkoll biex il-politiċi involuti jerfgħu r-responsabbiltà politika tagħhom u jirriżenjaw, inkella jiġu mkeċija.

Fl-istqarrija tagħhom huma qed jitolbu wkoll li d-diretturi tal-Enemalta jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom u jagħtu rendikont sħiħ dwar in-negozju li sar fir-rigward tal-windfarm fil-Montenegro.

Ekonomija

Sport