Sunday, November 24, 2024

Residenti f’Berlin imħeġġin jibqgħu fi djarhom wara li lionessa spiċċat tiġri fit-toroq

Aqra wkoll

Il-pulizija u uffiċjali tal-kapitali Ġermaniża Berlin ħarġu avviż lir-residenti biex kemm jista’ jkun ħadd ma joħroġ minn daru wara rapporti li lionessa qiegħda tiġri mat-toroq.

Jidher li uffiċjali tal-Pulizija rċivew aktar minn ilment wieħed dwar dan l-annimal li jista’ jkun ta’ periklu għan-nies, tant li rċivew anke filmati.

Kien kmieni dalgħodu meta daħal l-ewwel rapport u mill-ewwel il-Pulizija bdew operazzjoni biex jaqbdu lil lionessa. Waqt konferenz tal-aħbarijiet, is-Sindku Michael Grubert qal li kull min jilmaħ lil lionessa mill-ewwel għandu jċempel lill-awtoritajiet li min-naħa tagħhom qegħdin ifittxu anke permezz ta’ drones.

S’issa ż-żoos li hemm fil-belt qalu li huma m’għandhom l-ebda annimal nieqes. Jista’ jkun li din tilfet it-triq mill-forsti li hemm ‘il barra mill-belt, iżda xejn ma jista’ jiġi kkonfermat.

Sport