Saturday, December 14, 2024

Residenti f’Ħ’Attard jilmentaw wara li spiċċaw “imsakkrin” fit-triq tagħhom

Aqra wkoll

Residenti ta’ triq f’Ħ’Attard spiċċaw bit-triq tagħhom imblukkata b’rixtellu tal-ħadid, b’Movimenti Graffitti jgħidu li r-residenti ta’ Triq Ferdinand Inglott spiċċaw imsakkrin fi djarhom għal dawn l-aħħar jiem minħabba x-xogħlijiet li qed isiru mill-kuntratur b’rabta mal-proġett tas-central link.

Il-grupp attivista qal li mill-ġimgħa li għaddiet ħaddiema bdew jagħlqu l-aċċess tat-triq lil vetturi fejn installaw ir-rixtellu tal-ħadid u saħansitra anke bdew isakkru l-istess rixtellu b’katnazz.

Intant Infrastructure Malta qalet li l-kuntrattur kien għamel ir-rixtellu u anke beda jsakkru wara li r-residenti irrifjutaw li jirrispettaw l-għeluq tat-triq u komplew jagħmlu użu tat-triq bil-vetturi tagħhom, bir-riżultat li beda jxekkel ix-xogħlijiet tal-kuntrattur fil-mogħdija ta’ servizzi ġodda.

Intant Graffitti qalu li s-sitwazzjoni wasslet biex vetturi la joħorġu u lanqas jidħlu fl-imsemmija triq, anke f’każ ta’ emerġenza, b’dan anke jagħmilha jeffettw ħajjet dawk il-persuni b’diżabbiltà u anzjani.

Ekonomija

Sport