Residenti f’Napli kellhom jagħmlu lejl reqdin barra fit-triq wara li seħħ terremot ta’ qawwa 4.4 fuq l-iskala richter.
Konsegwenza ta’ dan it-terremot partijiet minn Napli spiċċaw bla dawl.
Rapporti fil-midja qegħdin jgħidu li ċ-ċentru tat-terremot kien fil-villaġġ ta’ Pozzuoli. Mill-inqas persuna waħda spiċċat midruba. Il-persuna nħarġet minn taħt it-tifrika wara li d-dar iġġarfet.