Sunday, November 3, 2024

Residenti jevakwaw minħabba nirien biswit bini residenzjali fil-Qawra

Aqra wkoll

Pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu mitlubin jassistu fil-Qawra minħabba nirien li żviluppaw f’għalqa biswit bini residenzjali fil-Qawra.

Il-każ seħħ ftit qabel nofsillejl meta xi nirien x’aktarx żviluppaw minn xi ħaxix niexef fl-istess għalqa. Persuni li tkellmu magħna qalulna li n-nirien komplew jikbru u kien hemm diversi persuni li għażlu li jevakwaw minn darhom bħala miżura ta’ prekawzjoni. 

Għalkemm fortunatament ħadd ma ndarab, in-nirien tant kienu viċin il-bini residenzjali li wħud mir-residenti spiċċaw ħarġu minn djarhom bil-ħwejjeġ tas-sodda.

Sport