Residenti f’Birżebbuġa jinsabu rrabjati għall-aġir rresponsabbli ta’ xi nies li ddeċiedew li jarmu llegalment xi skart tal-kostruzzjoni f’żona residenzjali.
F’filmat li qiegħed idur fuq is-sit ta’ Facebook juri tliet irġiel jitfgħu skart tal-kostruzzjoni bl-addoċċ f’żona f’Birżebbuġa. L-individwu li ġibed il-filmat stqarr li xahar ilu huwa għamel rapport biex jinqabdu dawn l-individwi li ddeċiedew iħammġu propjetà li mhiex tagħhom. Dan għamluh ukoll xi residenti oħrajn, biex issir ġustizzja.