Sunday, March 30, 2025

“Responsabbiltà tagħna li nżommu u nsaħħu dan il-wirt għall-ġenerazzjonijiet futuri” – Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja

Il-GWU tfakkar Jum il-Ħelsien

Aqra wkoll

F’diskors tal-okkażjoni, is-Segretarju Ġenerali tal- GWU Josef Bugeja qal li hekk kif qed infakkru Jum il-Ħelsien, “ejjew nieħdu mument biex nirriflettu fuq il-valuri li wassluna għal din il-ġurnata storika u nġeddu l-impenn tagħna biex inkomplu naħd- mu għal Malta li tħaddan il-paċi, il-ġustizzja, newtralità u s-sostenibbiltà soċjali. 

“Ejjew infakkru wkoll li l-libertà li ngawdu llum hija frott tas-sagrifiċċji ta’ dawk li ġew qabilna, u li hija r-responsabbiltà tagħna li nżommu u nsaħħu dan il-wirt għall-ġenerazzjonijiet futuri,” qal is-Segretarju Ġenerali tal-GWU. 

Huwa tenna li miġburin flimkien biex infakkru Jum il-Ħelsien, ġurnata li fiha, fil- 31 ta’ Marzu 1979, pajjiżna kiseb is-sovranità sħiħa tie- għu bil-ħruġ tal-aħħar truppi Brittaniċi minn artna. Qal li din il-ġurnata tfakkarna fil-mixja twila, iebsa u mimlija sfidi li l-poplu Malti għadda minnha biex jikseb il-libertà, l-awtonomija tiegħu. F’dan il- jum il-poplu Malti kiseb id- dritt li jmexxi rajh f’idejh. 

Il-General Workers’ Union (GWU) kellha rwol ewlieni f’din il-mixja. Il-ħidma tagħha bdiet ħafna qabel l-1979, u kienet strumentali biex Malta tilħaq il-ħelsien sħiħ tagħha. F’dik il-ġurnata storika, is- Segretarju Ġenerali tal-GWU, Ġorġ Agius, flimkien mal- Prim Ministru ta’ dak iż- żmien, Duminku Mintoff, xegħlu t-Torċa tal-Ħelsien fuq l-Għolja tal-Ħelsien fil-Birgu, simbolu tat-tbatija u s-sagrifiċċji li għamlu ġenerazzjonijiet ta’ Maltin biex jiksbu s- sovranità tagħhom. 

Is-Sur Bugeja kompla jgħid li l-Kostituzzjoni ta’ Malta tiddikjara lil pajjiżna bħala stat newtrali, li jfittex b’mod attiv il-paċi, is-sigurtà u l-progress soċjali fost in- nazzjonijiet kollha, billi jaderixxi ma’ politika ta’ non-allinjament u jirrifjuta li jippar- teċipa fi kwalunkwe alleanza militari.

“Din il-pożizzjoni newtrali hija riflessjoni tal-valuri tagħna bħala nazzjon li jaspira għall-paċi u l-ġustizzja soċjali, u li jemmen li l- progress għandu jkun ibbażat fuq il-kooperazzjoni u r-ris- pett reċiproku bejn il-popli.” 

Madankollu, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU qal li hekk kif niċċelebraw din il-festa nazzjonali, ma nistgħux ma ninnutawx l-isfond ta’ vjolenza u qtil ta’ nies innoċenti li għaddej fid-dinja llum.

Dan, qal is-Sur Bugeja, ifakkarna li l-paċi mhix xi ħaġa li tista’ tiġi meqjusa bħala garantita, iżda hija għan u proċess li jeħtieġ ħidma kontinwa u impenn minn kulħadd biex jintlaħaq u jinżamm. “Aħna nemmnu bis-sħiħ li t-triq ’il quddiem hija waħda ta’ paċi u djalogu. Il-ħaddiem għandu dritt li jgħix fil-paċi u trankwilità.” 

Kien hawn fejn tenna li l- GWU, dejjem kienet fuq quddiem nett fil-promozzjoni tal-paċi u l-ġustizzja soċjali. “Il-ħidma tagħna mhix limitata biss għall-ġlieda għad-drittijiet tal-ħaddiema, iżda testendi wkoll għall-kontribut lejn soċjetà aktar ġusta u paċifika.

F’dan il-kuntest, il-GWU tkompli taħdem biex tiżgura li l-valuri tal-paċi u l-ġustizzja soċjali jkunu fil-qalba tal-politika nazzjonali tagħna, u li Malta tibqa’ tid- defendi l-pożizzjoni newtrali tagħha bħala mezz biex tippromwovi dawn il-valuri fuq livell internazzjonali.” 

“L-Unjoni Ewropea, li oriġinarjament twaqqfet biex tippromwovi l-paċi u djalogu soċjali biex tipprevjeni l-gwerer, illum qed tagħti prijorità lill-infiq fl-armamenti. Dan jidher ċar fil-proposta tal- Kummissjoni Ewropea għal nefqa ta’ €800 biljun fuq ħames snin. Din id-direzzjoni ġdida tqajjem tħassib dwar il-kompatibbiltà tagħha mal-valuri fundamentali tal-UE, li dejjem enfasizzaw is-soluzzjoni paċifika tal-konflitti.” 

“F’kuntest fejn ħafna paj- jiżi Ewropej qed inaqqsu s-servizzi soċjali, iż-żieda fl-in- fiq fuq l-armamenti tikkuntrasta mar-ruħ soċjali Ewropea.” Is-Sur Bugeja tenna wkoll li l-GWU temmen u tenfasizza l-importanza u l-valuri tan-newtralità, tal-paċi u tad- djalogu kif ukoll tisħaq li dawn il-flus għandhom jintefqu fuq servizzi għaċ-citta- dini u l-pajjiż. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport